Read in English.
Press Conference about the diplomatic efforts lead by Malta in the MV Lifeline case
Posted by Joseph Muscat on Wednesday, June 27, 2018
LIVE: Il-PM jgħid x'se jiġri mill-immigranti fuq Lifelinehttps://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/06/27/lifeline-ghal-malta-il-pm-bkonferenza-fis-1pm/
Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, June 27, 2018
Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat qal li tmien pajjiżi jinsabu lesti biex jilqgħu numru ta’ migranti li jinsbu fuq il-vapur Lifeline li mistenni jasal Malta llejla.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet internazzjonali Muscat qal li l-pajjiżi li qed jieħdu sehem f’dawn l-arranġamenti huma Malta, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugal, in-Netherlands, u l-Belġju.
Muscat qal li l-vapur mistenni jidħol Malta llejla imma ma tax ħin preċiż. Qal li diġà ntbgħatet l-ordni biex il-vapur jibda l-vjaġġ.
Muscat ikkonferma li l-vapur se jinżamm mill-awtoritajiet meta jasal Malta bħala parti mill-investigazzjoni li se tibda. Qal li s-sitwazzjoni żvolġiet minn kaptan li rrifjuta li jobdi regoli internazzjonali jew mill-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani.
Muscat fakkar kif persuna diġà ġiet trasferita lejn Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta minħabba raġunijiet mediċi. Qal li dawn marru tliet darbiet lejn il-bastiment biex jipprovdulu xi provvisti.
Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar jekk iċ-ċentri ta’ Malta humiex lesti għal dan l-influss ta’ migranti, Muscat qal li kienu u għadhom lesti. Qal li esperti Franiċi sejrin lejn Malta fis-sigħat li ġejjin biex jgħinu fil-proċessi meħtieġa.
Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Muscat qal li dan kien każ partikolari li ma kienx jinvolvi xi nuqqas ta’ qbil bejn xi pajjiżi. “Għall-pubbliku, dan il-każ jidher bħal kwalunkwe vapur ieħor, imma fil-fatt huwa każ tassew uniku.”
“Kuntenti li dan il-każ ġie solvut” – UNHCR
L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati qalet li tilqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern Malti li qed taċċetta li l-234 abbord Lifeline jiżbarkaw f’Malta.
Spjegat li tinsab kuntenta li dan il-fjask ġie solvut u nstabet soluzzjoni.
Aktar kmieni:
Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet internazzjonali fis-1pm ta’ waranofsinhar biex minn hemm jiżvela d-dettalji tal-pjan għall-kriżi tal-immigrazzjoni dwar il-bastiment Lifeline.
Waqt żjara li għamel f’Ħal Luqa biex iniedi taħriġ għall-simulazzjoni fl-avjazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat ma ta l-ebda kummenti iżda qal li se jkun qed jindirizza din il-konferenza tal-aħbarijiet. Muscat qal li ma kienx se jiżvela aktar dettalji għalissa peress li kien hemm xi affarijiet li ma kinux ikkonfermati mija fil-mija.
Intant, l-ekwipaġġ ta’ Lifeline qal li rċivew l-aħbar li jista’ jersaq fl-ibħra Maltin.
🔴 #Lifeline è ora autorizzata ad entrare nelle acque maltesi per cercare protezione dal vento. https://t.co/X5NAwkZSJF
— Sea-Watch Italy (@SeaWatchItaly) June 27, 2018