Liema qasam jara l-iktar gradwati?

Matul is-sena skolastika 2016–2017 iggradwaw 4,580 student li minnhom 1,452 iggradwaw fl-oqsma tal-kummerċ, amministrazzjoni u liġi, isegwi kien hemm il-kors li għandu x’jaqsam mas-saħħa u l-benesseri tal-persuna, 776 persuna.

Fost dawn il-gradwati 2,513 kienu nisa filwaqt li 2,067 huwa rġiel.

2,506 studenti ġabu kwalifika ta’ Baċellerat jew ekwivalenti ta’ livell 6 tal-ISCED. 1,300 persuna ggradwaw f’livell ta’ Masters jew ekwalenti għall-livell 7 tal-ISCED, filwaqt li 15.7% ggradwaw f’livell 5 tal-ISCED. 54 student iggradwaw f’livell ta’ dottoratt jew ekwivalenti f’livell 8 tal-ISCED.

Fost dawn l-istudenti 92.5% li ggradwaw kienu Maltin filwaqt li 3.4% kienu studenti minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u 4.04% huwa studenti mhux mill-Unjoni Ewropea.

3,580 student iggradwaw wara li segwew kors full-time filwaqt li 1,000 student gradwaw wara li lestew kors part-time. Matul is-sena skolastika 2015 – 2016 l-ammont ta’ studenti li ggradwaw minn kors full-time kien ta’ 3,244 filwaqt li dawk part-time kien ta’ 869 student.

Din l-istatistika ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika (NSO) li turi dawk li ggradwaw fl-2017 imqabbla mas-snin ta’ qabel.