Liema parroċċa se jkollha Arċipriet ġdid f’Ġunju?

Read in English.

Parroċċa partikolari f’Malta se jkollha Arċipriet ġdid f’Ġunju.

Din il-parroċċa hija l-Parroċċa San Nikola ta’ Bari fis-Siġġiewi, fejn Dun Josef Mifsud nhar il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju ngħata l-pussess mill-Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna.

Matul ix-xahar ta’ Ġunju, l-Arċisqof se jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti f’diversi parroċċi madwar Malta. Is-Sagramenti tal-Griżma se jsiru f’dawn il-ġranet:

Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju fis-6.30pm: Parroċċa Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann
Is-Sibt 8 ta’ Ġunju fl-10.00am: Parroċċa tal-Immakulata Omm il-Knisja, l-Ibraġġ.
Is-Sibt 8 ta’ Ġunju fis-6.00pm: Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin.
Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju fid-9.15am: Parroċċi tal-Belt Valletta u l-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu,
Tas-Sliema.
Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju fil-5.30pm: Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar.

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi l-oħra mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Ġunju 2019 huma dan li ġej:

Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju, fl-10.00am: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju
tal-vittmi tas-Sette Giugno, fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid.

Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju, fid-9.15am: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju, fid-9.30 a.m: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il-Birgu fil-bidu tal-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa. Matul il-Quddiesa l-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina.

It-Tlieta 18 ta’ Ġunju, fis-7.30pm: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina, mal-parteċipanti tal-laqgħa annwali tal-uffiċjali tal-midja u l-kelliema tal-Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).

Il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, fis-6.15pm: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Lunzjata bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Birgu.

Is-Sibt 22 ta’ Ġunju, fl-10.00am: Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ nazzjonali u jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, Għawdex.

Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju, fid-9.30am: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Katidral tal-Imdina, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan. Il-Quddiesa tkompli bil-purċissjoni bl-Ewkaristija mat-toroq ewlenin tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

It-Tnejn 24 ta’ Ġunju, fis-6.00am: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista u wara ssir r-repożizzjoni tar-relikwa. Mal-Arċisqof jikkonċelebraw grupp ta’ saċerdoti li ġew ordnati fl-1969. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Is-Sibt 29 ta’ Ġunju, fis-6.00pm: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis-Solennità tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, fil-Katidral tal-Imdina. Fi tmiem il-Quddiesa ssir ir-repożizzjoni tar-relikwi. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju, fid-9.00am: Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi.