Liema NGOs Għawdxin ibbenefikaw minn fondi tal-Gvern?

Il-Ministeru għal Għawdex ippubblika d-19-il isem tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li se jingħataw assistenza finanzjarja għall-inizjattivi tagħhom, permezz tal-Iskema ta’ Assistenza għall-NGOs.
L-organizzazzjonijiet li se jingħataw assistenza huma:

  • Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta 1985 – Sezzjoni Nadur, €1,215, għall-proġett ‘Iċ-ċenaklu Ħaj, 2018’
  • Soċjetà Filarmonika Santa Marija, €4,870 għall-proġett ‘CRE#ACTIVITY … reviving art & music’
  • Mental Health Association Gozo, €4,620, għall-proġett ‘#Connect&Befriend’
  • Malta Federation of Professional Associations, €4,796, għall-proġett ‘Professionals in Gozo – what are their needs?’ 
  • Dar Ġużeppa Debono, €5,000, għall-proġett ‘A Step Closer for All’
  • The Classique Foundation, €5,000, għall-proġett ‘Music+’
  • Friends of the Earth Malta, €5,000, għall-proġett ‘Let’s Nature’ 
  • The Scout Association of Malta, €5,000, għall-proġett ‘Scout Re-living Forgotten Memories’
  • Soċjetà Mużikali Santa Margerita, €4,435, għall-proġett ‘The Annual Symphonic Concert’
  • Wirt Għawdex, €5,000, għall-proġett ‘Add adio-visual presentation at historic site at the Cittadella Gozo’ 
  • Munxar Falcons F.C., €5,000, għall-proġett ‘Munxar goes Eco-friendly – Reducing the Carbon Footprint’
  • Soċjetà Filarmonika La Stella, €5,000, għall-proġett ‘RockAstra 2018 (5th Edition)’ 
  • Soċjetà Filarmonika Mnarja, €5,000, għall-proġett ‘A Cultural Holisitic Approach’
  • Dcapital’s Brand, €5,000, għall-proġett ‘Dcapital’s Live@Cittadella’ 
  • Don Bosco Oratory, Gozo, €5,000,  għall-proġett ‘Investing in active citizenship participation through the up- grade of stage facilities.’
  • Arthritis and Rheumatism Association Malta, €5,000, għall-proġett 'Don't Delay, Connect today'- World Arthritis Day Campaign 2018 
  • Għaqda Mużikali San Girgor, Ta’ Kerċem, €5,000, għall-proġett ‘#KulturAttiva’
  • Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013, €5,000, għall-proġett ‘Santa Marija – il-Mara hi Sbuħija’ 
  • The Gozo Youth Wind Band & Orchestra, €5,000, għall-proġett ‘Stage and Proms on the Sea’

Il-fondi mogħtija jvarjaw skont l-ammont li l-organizzazzjoni applikat għalih. 
Il-Ministeru fakkar lill-organizzazzjonijiet li ma kkwalifikawx għal din l-iskema li hemm iktar fondi li wieħed jista’ japplika għalihom.