Liema lokalitajiet jaf ikunu bla elettriku f’dawn it-3 ijiem?

L-Enemalta ħabbret li minħabba xogħol ta’ manutenzjoni u aġġornament fuq il-grid tal-elettriku f’Malta, fil-jiem li ġejjin xi toroq f’dawn il-lokalitajiet (li tista’ taċċessa hawn) jaf jagħmlu xi ħin mingħajr elettriku.

It-Tnejn 31 ta’ Awwissu:

  • Il-Qrendi             7.30am sa 12pm (8 toroq)
  • L-Iklin                  8am sa 12pm (5 toroq) 
  • Ħal Għaxaq        8am sa 12pm (2 toroq)
  • Il-Gudja               8am sa 12pm (6 toroq)
  • Santa Luċija        8am sa 10.30am (6 toroq) u 8am sa 12pm (4 toroq)
  • Ħaż-Żebbug       8.30am sa 4pm (5 toroq), 9am sa 1pm (5 toroq) u 1pm sa 4pm (4 toroq)
  • Il-Mellieħa         9am sa 4pm (triq waħda)
  • Marsaskala        8am sa 10.30am (6 toroq) 10am sa 11am (5 toroq)
  • Iż-Żejtun             1pm sa 5pm (11-il triq)

It-Tlieta 1 ta’ Settembru

  • Il-Fgura             8am sa 12pm (3 toroq)
  • In-Nadur            8.15am sa 12.15pm (8 toroq)    
  • Ħaż-Żabbar        8.30am sa 12pm (8 toroq)

L-Erbgħa 2 ta’ Settembru

  • In-Naxxar           5am sa 9am (3 toroq)
  • Ix-Xewkija          8.30am sa 11.30am (11-il triq)
  • Ix-Xagħra            8am sa 12.30pm (4 toroq)
  • Iż-Żebbuġ           8am sa 12.30pm (6 toroq)

Tista’ tara liema toroq se jkunu affetwati f’kull lokalità minn hawnhekk.