Liema lokalità qed tissepara l-iskart l-aħjar?

Tliet lokalitajiet f’Malta u tlieta oħra f’Għawdex ingħataw rikonoxximent għas-separazzjoni tal-iskart mir-residenti tagħhom.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent qal li l-aqwa lokalitajiet għas-seperazzjoni tal-iskart f’Malta huma:

  1. Birgu
  2. Qrendi
  3. Mġarr

F’Għawdex rebħu:

  1. Ta’ Sannat
  2. Fontana
  3. Xewkija

Il-kriterja għal dawn il-premijiet kunu l-ammont ta’ skart organiku miġbur, it-tnaqqis fl-ammont ta’ skart imħallat miġbur, l-ammont totali tal-ġbir tal-iskart riċiklabbli, u r-rata ta’ parteċipazzjoni fil-ġbir tal-iskart organiku.

Fit-3 ta’ April il-Wasteserv kellha l-ħames edizzjoni tal-Malta Waste Reduction Awards. Fiha tħabbru r-rebbieħa tal-European Week for Waste Reduction (EWWR). Din kienet id-disa’ darba li ħadet sehem Malta. It-tema kienet ‘Hazardoes Waste – Time to Detox’.

L-entitajiet li rebħu din is-sena kienu:

  • Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi
  • The Arthritis & Rheumatism Association
  • St Thomas More College ALP School Paola
  • Veco – Vitally Ecologic
  • 1st Birkirkara Scout Group
  • Eden Leisure Group

L-iskola St Thomas More College ALP School Paola kienet nominata wkoll bħala finalista għall-premju Ewropew tat-taqsima tal-iskejjel.