Liema league Ewropew nefaq l-aktar flus dan is-sajf?

In-nefqa fit-trasferimenti dan is-sajf fl-aqwa ħames kampjonati tal-futbol Ewropew s’issa qabeż l-€4.8 biljun. Dan jaqbeż bi ftit aktar min-nefqa li saret is-sena l-oħra skont l-Osservatorju tal-Futbol CIES.

S’issa jidher li għal darba oħra kienu l-Ingliżi li nefqu l-aktar flus fuq trasferimenti. Iżda dan jista’ jinbidel tul il-ġimgħat li ġejjin. L-Ispanjoli s’issa nefqu €1.5 biljun, bil-ġganti Spanjoli Real Madrid u Barcelona jippruvaw iżommu l-pożizzjoni tagħhom fl-Ewropa.

Is-sena l-oħra l-Ingliżi ħadu ż-żewġ finali maġġuri Ewropej, iċ-Champions League u l-Europa League.