Liema kliem tad-diski huma l-iktar imfittxija fuq Amazon Alexa?

Il-kumpanija Amazon għadha kif ħarġet lista tal-lirika tal-kanzunetti li n-nies l-aktar li talbu mill-apparat Alexa – l-assistent personali fil-forma ta’ robot intelliġenti żviluppat minn Amazon.
Permezz tal-vuċi, wieħed jista’ jaċċessa informazzjoni minn fuq siti elettroniċi, podcasts, e-books, il-ħin, it-traffiku, l-aħbarijiet real-time, kif ukoll il-mużika.
B’hekk, jekk ikollok xi diska mwaħħla f’rasek tista’ tkantaha lil Alexa u hi ssiblek u ddoqlok din id-diska.
Amazon qal li l-lirika mitluba hija diversa, minn “We all live in a yellow submarine” sa d-diska moderna “swish swish bish”.
Ara ftit mill-lista hawn taħt: 
 

1. Alexa semgħat "…I came in like a wrecking ball" – propjament d-diska jisimha "Wrecking Ball" ta' Miley Cyrus 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=My2FRPA3Gf8]

 

2. Alexa semgħat "…I got this feeling inside my bones" – propjament d-diska jisimha "Can't Stop the Feeling!" ta' Justin Timberlake 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=ru0K8uYEZWw]

 

3. Alexa semgħat "…head out on the highway" – propjament d-diska jisimha "Born To Be Wild" ta' Steppenwolf

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=rMbATaj7Il8]

 

4. Alexa semgħat "…once, I was seven years old" – propjament d-diska jisimha "7 Years” ta' Lukas Graham

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=LHCob76kigA]

 

5. Alexa semgħat "…tell me what you want what you really really want" – propjament d-diska jisimha "Wannabe" tal-iSpice Girls 

 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=gJLIiF15wjQ]

Ritratt: ​webopedia.com