Liema huma n-nazzjonalitajiet ta’ turisti li jiġu Malta u għaliex jiġu?

It-turiżmu f’Malta huwa wieħed mill-aktar industriji importanti fil-pajjiż. Fil-fatt skont stħarriġ li sar riċentament, it-turiżmu jiġġenera dħul ta’ bejn 2 u 3 biljun ewro kull sena. Statistika riċenti turi li l-ammont ta’ turisti li ġew f’pajjiżna fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena qabżu t-2.3 miljun u nefqu ftit aktar minn żewġ biljun Ewro li hija żieda ta’ 4.5% fuq is-sena li għaddiet. Dan ikompli juri li t-turiżmu qed ikompli jikber f’Malta minkejja diversi sfidi ġeopolitiċi u ekonomiċi peress li l-pajjiż ukoll għaddej minn żvillupp kbir l-aktar fl-industrija tal-bini u dak tal-infrastruttura.

Liema huma n-nazzjonijiet li jżuru Malta?

Bla dubju, l-akbar ammont ta’ turisti f’Malta jiġu mir-Renju Unit. Dan huwa dovut għal żewġ fatturi prinċipali. L-ewwel waħda hija r-rabta storika bejn iż-żewġ pajjiżi minħabba l-fatt li Malta kienet kolonja tal-Ingilterra għal kważi 170 sena mill-1800 sakemm il-pajjiż ħa l-indipendenza fl-1964. It-tieni waħda hija l-fatt li Malta tgawdi minn klima mill-aktar favorevoli u l-Ingliżi jħobbu jiġu Malta biex igawdu x-xemx u l-baħar. Turisti Ingliżi jippreferu jqattgħu l-btala tagħhom fix-xemx għaliex matul is-sena jkunu qed jaħdmu jew jilagħbu fuq websajts tal-każinò skont Online-Casinos.com/MT.

Il-kwistjoni ta’ Brexit hija waħda inkwetanti għal Malta minħabba l-fatt li b’xi mod jew ieħor, din se taffettwa l-għadd ta’ turisti li jiġu anke minħabba nuqqas ta’ ftehim u spejjeż akbar.

Pajjiżi mill-Unjoni Ewropea

Pajjiż ieħor li qed jara żieda sostanzjali ta’ turisti li qed jerħulha lejn Malta huwa dak Spanjol. Dan jista’ jkun dovut minħabba l-fatt li l-klima ekonomika ta’ Spanja ma tantx hi tajba u t-turisti Spanjoli jiġu Malta sabiex imbagħad jibqgħu jaħdmu fil-pajjiż. Il-fatt li l-klima u l-kultura hija simili jista’ wkoll ikun fattur importanti sabiex l-Ispanjoli jibqgħu jiġu Malta.

Iżda mingħajr dubju, wara r-Renju Unit l-aktar pajjiż li jġib turisti lejn Malta huwa l-Italja li huma l-ġirien. Dan jista’ jkun minħabba l-fatt li l-kultura hija simili ħafna kif ukoll li hemm ħafna Taljani jaħdmu Malta u allura l-familji tagħhom jiġu spiss għal xi btala jew oħra. It-Taljani huma magħrufin għad-divertiment u jħobbu jixxalaw u jieħdu pjaċir f’postijiet li joffru dan it-tip ta’ servizz l-aktar f’Tas-Sliema u San Ġiljan fejn is-subborg ta’ Paceville huwa meqjus bħala mekka għal dawn in-nies.

Ġermanja u Franza

L-akbar żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea (barra r-Renju Unit) ukoll jiġu f’numri kbar lejn Malta. Turisti mill-Ġermanja kif ukoll Franza jsibu lil Malta bħala destinazzjoni popolari għad-diversi raġunijiet. Il-kultura hija waħda minnhom – fil-fatt wieħed jara numri kbar ta’ turisti Franċiżi u Ġermaniżi li jżuru l-postijiet storiċi li bih il-pajjiż hu miżgħud. Postijiet bħal belt kapitali Valletta, il-belt fortifikata medjevali, l-Imdina u siti storiċi oħra bħal katakombi fir-Rabat, l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u t-tempji preistoriċi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra huma dejjem miżgħuda minn turisti ta’ dawn in-nazzjonijiet.

Pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea

Pajjiżi oħra barra mill-Unjoni Ewropea wkoll raw żieda sostanzjali fit-turiżmu lejn Malta fl-aħħar snin. Fil-fatt skont l-aħħar stħarriġ, din il-kategorija żdiedet b’xejn anqas minn 17.7% meta mqabbla mal-2018 u laħqet l-440,000. Turisti mill-Istati Uniti żdiedu bi 8% li hija wkoll żieda sostanzjali. Dawn tal-aħħar jiġu hawn ukoll biex jesperjenzaw il-kultura li hija xi ftit nieqsa f’pajjiżhom u li jsibu ħafna aktar minnha f’pajjiż ċkejken bħal Malta. Turisti Ċiniżi u Ġappuniżi huma wkoll magħrufin għall-kultura u spiss tara ħafna minnhom jieħdu ritratti tal-Port il-Kbir li huwa meqjus bħala wieħed mill-isbaħ fid-dinja.

Jidher li t-turiżmu f’Malta qiegħed kull ma jmur jiżdied bl-ammont totali mistenni li jkun viċin it-3 miljuni din is-sena. Hemm diversi sfidi li huwa importanti li jingħelbu l-aktar titjib urġenti fl-infrastruttura u sfidi ambjentali bħal tniġġis fl-arja.

Dan il-kontenut huwa mwassal b’kooperazzjoni ma Simon Rose