Liema lokalitajiet jaf ikunu bla elettriku f’dawn it-3 ijiem?

L-Enemalta ħabbret li minħabba xogħol ta’ manutenzjoni u aġġornament fuq il-grid tal-elettriku f’Malta, fil-jiem li ġejjin xi toroq f’dawn il-lokalitajiet (li tista’ taċċessa hawn) jaf jagħmlu xi ħin mingħajr elettriku.

It-Tlieta 18 ta’ Awwissu:

  • L-Imsida – 4.30am sa 8.30am
  • Ta’ Xbiex – 4.30am sa 8.30am
  • Il-Mosta – 7.30am sa 10.am
  • Il-Qrendi – 8am sa 12pm
  • San Pawl il-Baħar – 8am sa 12pm
  • Ix-Xewkija – 8am sa 12.30pm
  • Ir-Rabat – 8 am sa 12pm
  • Il-Qrendi – 8am sa 12pm

L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu:

  • Ħal Tarxien – 7.30am sa 12.30pm
  • Paola – 7.30am sa 12pm
  • Il-Mellieħa – 8am sa 12pm
  • Ħ’Attard – 8am sa 10am
  • Ħal Għargħur – 8am sa 3pm
  • Il-Fgura – 8am sa 12pm
  • Il-Furjana – 8am sa 10am
  • Qala – 8am sa 12.15pm
  • Ħad-Dingli – 8am sa 12pm
  • L-Iklin – 6am sa 4pm
  • San Ġwann – 6am sa 4pm

Il-Ħamis 20 ta’ Awwissu

  • Is-Siġġiewi – 6am sa 1pm
  • L-Imsida – 8a sa 12pm
  • Tal-Pietà – 8am sa 12pm
  • Ix-Xagħra – 8am sa 12.30pm
  • Ir-Rabat – 8am sa 1pm
  • Birkirkara – 8am sa 12pm
  • Ħal Balzan – 8am sa 12pm
  • Marsaskala – 7am sa 12pm

Tista’ tara liema toroq se jkunu affetwati f’kull lokalità minn hawnhekk.