Liem ikel m’għandekx tiekol jekk trid tevita vvalenar fl-ikel?

Spiss tisma' min jgħidlek li għandek toqgħod attent meta tiekol ċertu ikel għax jista' jkun hemm ċans ikbar mis-soltu li jaqbdek ivvalenar tal-ikel.
Espert tal-ivvalenar fl-ikel żvela liema sitt platti tal-ikel dejjem jirrifjuta li jiekol sabiex jassigura li ma jkollux vvalenar fl-ikel.
L-espert hu l-avukat Ingliż Bill Marler, li ilu iktar minn 20 sena jaħdem f’kawżi tal-qorti dwar ivvalenar tal-ikel u għin lil kjilenti tiegħu jirbħu total ta’ €552 miljun.
L-ikel li qatt ma jiekol jew jixrob huwa gajdri mhux imsajra, frott u ħaxix li kien maqtugħ jew maħsul minn qabel, sprouts mhux imsajrin, laħam imsajjar ftit li xejn (rare), bajd mhux imsajjar u ħalib u juice mhux pasturizzati.