Lidl u Heidi Klum b’kollezzjoni ġdida tal-moda

Lidl Heidi Klum kollezzjoni ġdida moda

Mis-17 ta’ Settembru, Lidl u Heidi Klum ser jippreżentaw il-ħames kollezzjoni taħt il-marka “Esmara by Heidi Klum”.

Din il-linja ġġib magħha l-isbaħ kuluri tal-ħarifa, b’aktar minn 20 artiklu indispensabbli, bi sfumaturi differenti ta’ roża, aħmar u burgundy. Dawn ser ikunu kollha disponibbli bi prezzijiet konformi mal-bqija tal-offerti li joffru l-Lidl. Il-biċċiet tal-kollezzjoni tal-aħħar moda jistgħu jintlibsu f’diversi modi biex dak li jkun ikollu dehra stilistika u varjata kuljum.

“Inħobb ħafna t-trench coats, ġkieket tas-suf u jeggings”, tgħid Heidi Klum. “Fil-kollezzjoni l-ġdida tiegħi, speċjalment maħsuba għall-Lidl, ħwejjeġ sempliċi jixgħelu bi sfumaturi ħomor isiru l-ikona tal-istaġun.”

L-istil Colour-Blocking

Minn kulur roża jgħajjat għal burgundy b’dehra sofistikata, l-edizzjoni limitata l-ġdida  #LETSSHAKEITUP twassal tibdiliet għal kuljum. B’ġinsijiet b’kulur burgundy kif ukoll kardigans kbar fuchsia u trench coats kulur il-karmin, il-kollezzjoni tagħti dehra vivaċi l-gwardarobba. Il-linja toħloq ukoll bilanċ bejn qomos bis-sweaters u kuluri suwed u beige għal stil li jibqa dejjem moda.

“Il-kollezzjoni tinkludi ħwejjeġ li minn dejjem kienu l-favoriti tan-nisa; dawn ħa jkunu disponibbli bi prezzijiet tajbin u kwalita’ mill-aqwa. L-ilwien aktar newtrali huma mħalltin ma stil enerġetiku biex jinħolqu lbiesi klassiċi. B’dan il mod, il-klijenti tagħna għandom iċ-ċans ikunu kreattivi u joħolqu stil uniku biex jiddandnu kemm ix-xogħol, l-iskola u f’kull mument tal-ġurnata tagħhom” jistqarr il-Maniġment ta’ Lidl Malta.

Disponibbli fil-ħwienet kollha tal-Lidl mis-17 ta’ Settembru 

Il-kollezzjoni l-ġdida taħt il-marka “Esmara by Heidi Klum”, #LETSSHAKEITUP, ser tkun għal bejgħ mis-17 ta’ Settembru 2018 fit-tmien iħwienet tal-Lidl mifruxin f’Malta u Għawdex matul il-“Lidl Fashion Week”. Minbarra ħwejjeġ, il-linja tinkludi wkoll aċċessorji tal-aħħar moda bħal xallel b’diżinni sbieħi. L’edizzjoni limitata ser tkun disponibbli fil-ħwienet kollha tal-Lidl madwar l-Ewropa u l-Istati Uniti, jiġifieri f’aktar minn 10,500 ħanut.