Lidl tirtira prodott mis-suq

F’avviż pubbliku, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika avża lill-pubbliku biex l-imsemmi prodott ma jiġix kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għall-mustarda minħabba li l-prodott fih mustarda li ma ġietx iddikjarata fuq it-tikketta.
Qal ukoll li rċieva l-informazzjoni mingħand il-kumpanija involuta u iktar tard anke permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf.

Isem tal-prodott:Pizza biancha con salsa al tartufo nero e prosciutto cotto
Ditta:Deluxe
Użin:390g
Dati tad-Durabbilita`:15/02/2019
Lott:8046
Oriġini:Italja

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-kumpanija Lidl fuq 8006 2777 jew lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.