Lidl se tingaġġa 50 persuna oħra f’Malta

Lidl għal dawn l-aħħar seba’ snin kienet qed tinvesti f’Malta biex tagħti l-aqwa servizz ta’ kwalità lill-klijenti tagħha. Stqarrija qalet li “matul dan il-perjodu Lidl stabbiliet ruħha f’Malta bħala l-aqwa ħanut tal-bejgħ bl-imnut. Bħalissa timpjega aktar minn 200 ħaddiem fis-seba’ ħwienet tagħha”.
“L-aqwa ħanut tal-bejgħ bl-imnut f’Malta qed ifittex persuni li huma orjentati b’sens ta’ dedikazzjoni lejn il-konsumatur biex jissieħbu fl-operat tagħha li qed jikber”.
Il-kumpanija qalet li qed tfittex biex timpjega madwar 50 ruħ biex jaħdmu fil-karigi ta’ Sales Assistant, Supervisor,            Assistant Store Manager, Store Manager u District Manager.
Lidl hi magħrufa bħala kumpanija li toffri mpjieg sigur b’salarju ogħla minn dak medju. Mhux hekk biss, imma Lidl toffri ambjent tajjeb u post li jappella u li jispira lill-impjegati biex ikunu motivati u jagħtu l-aħjar li jistgħu.
L-applikanti kollha interessati huma mistiedna biex jattendu l-jum ta’ ingaġġ tal-Lidl li se jsir is-Sibt 24 ta’ Ottubru bejn id-9am u s-6pm fil-lukanda Corinthia, fil-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-kandidati huma mitluba jieħdu magħhom l-aħħar Curriculum Vitae tagħhom peress li se jkunu intervistati dakinhar stess. L-applikanti huma nkoraġġiti jżuru s-sit www.lidl.com.mt għal aktar informazzjoni.