Lidl b’donazzjoni ta’ €15,000 lil Puttinu Cares

Lidl Malta, supermarket ewlieni, bi tmien ħwienet imxerrda madwar il-gżira tagħna, kien l-isponsor ufficjali tat-13 il-edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol u l-Volibol li damet għaddejja 60 siegħa. L-avveniment kien organizzat mill-Fondazzjoni Puttinu Cares u twettaq mit-22 sal-24 ta’ Settembru fil-Marsa Sports Ground. Kien hemm 800 tim li sfidaw lil xulxin fil-pitch tal-futbol. Il-logħob dam għaddej tliet t’ijiem u kienu jiem ta’ ferħ għall-familji u għat-tfal grazzi għall-programm mimli daqs bajda b’attivitajiet li nkludew wirjiet, fun park kbir u animazzjonijiet għat-tfal.
Lidl Malta issapportja l-avveniment għas-sitt darba din is-sena u wkoll pparteċipaw f’attivitajiet fejn inġabru flus u għenu wkoll billi offrew donazzjoni ferm ġeneruza ta’ €15,000. B’hekk kienu ta’ kontribuzzjoni għas-somma ta’ aktar minn żewġ miljun ewro li nġabru matul il-maratona. Il-flus miġbura ser imorru għall-Puttinu Cares Cancer Support Group li joffri għajnuna kontinwa lill-familji affettwati mill-marda tal-kanċer.
Lidl bħala sponsor uffiċjali kien ukoll preżenti waqt diversi attivitajiet li tħejjew. Fost dawn kien hemm backdrop għat-tfal żgħar biex ikunu jistgħu jittieħdu ritratti ma’ frott u ħaxix animat bl-iskop ewlieni li tkun promossa stil ta’ saħħa tajba u eżerċizzju fost dawn iċ-ċkejknin.
Il-kumpanija hija kburija li kienet l-isponsor ewlenija ta’ din il-maratona. “Aħna onorati li Puttinu Cares għal darb’oħra għażlu lilna biex nissieħbu magħhom għall-edizzjoni ta’ din is-sena. Aħna nemmnu bis-sħiħ li avvenimenti bħal din il-Maratona tal-Futbol u l-Volibol ikunu strumentali biex joħolqu valur fost il-komunità lokali u s-soċjetà li aħna naħdmu fiha. L-impenn tagħna minn dejjem kien ċar u li ma jista’ jiċħdu ħadd li nappoġġjaw dawn ix-xorta ta’ inizjattivi,” qal il-maniġment ta’ Lidl Malta.