Lichtsteiner iħalli lil Juventus

lichtsteiner

Stephan Lichtsteiner iddeċieda li jħalli lil Juvenus wara li rebaħ seba’ kampjonati tas-Serie A konsekuttivi mal-klabb Taljan.
Arsenal huma ferm interessati fid-difensur laterali Żvizzeru li ngħaqad ma’ Juventus lura fl-2011 mingħand Lazio. Jidher li l-kowċ il-ġdid tal-Gunners Unai Emery mhux ħa jkun jista’ jagħmel akkwisti kbar hekk kif f’Jannar il-klabb investa somma rekord ta’ £60 miljun fuq l-attakant Pierre-Emerick Aubameyang.
Għalhekk l-akkwist b’xejn ta’ plejer bl-esperjenza ta’ Lichtsteiner jista’ jkun tassew importanti għal tim li mistenni jibda kapiltu ġdid hekk kif Arsene Wenger ħalla lill-klabb wara 22 sena.