Liċenzja tas-sewqan: Jgħaddu 53%

Read in English.

Matul is-sena 2018, għaddew 53% ta’ dawk li ressqu għat-test għal xi liċenzja tas-sewqan.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li 7,261 persuna mill-13,784 li ressqu għat-test tas-sewqan, għaddew. Din l-informazzjoni ntalbet mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri f’mistqosija parlamentari.

Ix-xahar li għadda l-ammont ta’ vetturi rreġistrati kien tela’ b’12,350 jew 3.2% fuq it-tielet kwart tas-sena l-oħra. Dan kien ħareġ minn figuri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Fl-aħħar ta’ Settembru l-ammont ta’ vetturi rreġistrati kien 394,955. 77.5% kienu karozzi, 13.6% kienu vetturi kummerċjali, 7.8% kienu muturi.