Libreriji: żewġ kotba minn kull tlieta kienu donazzjonijiet

Żewġ kotba minn kull tlieta akkwiżiti mill-Libreriji Pubbliċi mill-2012 l-quddiem kienu donazzjonijiet.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Bartolo qal li mill-2012 il-quddiem ġew akkwiżiti 124,006 ktieb għal-libreriji pubbliċi li minnhom 80,912 kienu donazzjonijiet, 42,629 kienu kotba mixtrija waqt li 465 kienu e-books mixtrija.
Matul l-istess perijodu, il-Ministeru għall-edukazzjoni xtara 336,963 textbook u 33,197 kotba oħra għal skejjel pubbliċi.