​Librerija li tiċċaqlaq minn post għall-ieħor għat-tfal tal-isptar

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li t-tfal li jkunu rikoverati f’Mater Dei jistgħu jibdew jissellfu u jaqraw kotba minn librerija mobbli li ddur is-swali.
Qal li dan is-servizz se jingħata mill-għalliema tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fis-swali Rainbow, Fairyland, Wonderland u Disneyland
Semma kif kull sena jkun hemm madwar 7,000 tifel u tifla rikoverati f’Mater Dei u għalhekk issa se jkollhom iċ-ċans li jaqraw kotba addattati għalihom. 
Din hija inizjattiva oħra tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex tkompli tkattar l-imħabba għall-kotba u xxerred id-drawwa tal-qari fost il-familji.
Ritratt: DOI – Kevin Abela