Libjani akkużati li serqu basket b’żewġ kartieri

Żewġ Libjani ta’ 29 u 39 sena, li huma residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, tressqu l-Qorti akkużati li serqu basket minn stabbiliment f’Paceville li fih kien hemm żewġ kartieri.
Ġew akkużati wkoll li kisru l-kundizzjonijiet imposti fuqhom f’deċiżjoni oħra tal-Qorti fejn kienu ngħataw il-libertà proviżorja.
Fil-Qorti ntqal li waqt tfittxija tal-Pulizija, il-karrieri nstabu għand il-Libjani.
Intqal ukoll li fil-kartieri kien hemm aktar minn €600 fi flus.
Il-Libjan ta’ 39 sena nżamm arrestat filwaqt li dak ta’ 29 sena ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €3,000.