Libjan mixli li darab membri tal-Pulizija u mara f’Paceville

Libjan ta’ 33 sena inżamm arrestat wara li kien akkużat li darab serjament Pulizija u weġġa’ tlieta oħra kif ukoll darab mara.
Il-każ seħħ is-Sibt li għadda f’Paceville. Jirriżulta li din ma kinitx l-ewwel darba li l-Libjan xellef difrejh mal-liġi.
L-Avukat tal-Libjan ikkontestat id-deċiżjoni meta sostniet li hu kien ilu aktar minn 48 siegħa arrestat u għalhekk aktar milli tippermetti l-liġi.
Il-Qorti kkonkludiet li ma tistax tafda lir-raġel u għalhekk ordnat li jinżamm taħt arrest preventiv.