Libjan meħlus minn akkużi dwar droga fil-ħabs

Libjan inħeles mill-akkużi li daħħal reżina tal-kannabis fil-ħabs u li ttraffikaha, wara li l-Qorti m’emmnitx dak li qalu żewġ ħabsin li kienu jafu lil xulxin.
Il-każ imur lura għal Frar tal-2009 meta l-Libjan, Diaeddin Arab ta’ 49 sena, kien ġie akkużat b’pussess u traffikar ta’ reżina tal-kannabis, li daħħalha fil-ħabs u li kien reċidiv.
Quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia ntqal kif ir-raġel kien f’dormitorju ma’ żewġ priġunieri oħra barranin li kienu ilhom fl-istess ċella għal diversi xhur.
Minn spezzjoni kien ħareġ li fiċ-ċella kien hemm reżina tal-kannabis, b’wieħed miż-żewġt irġiel l-oħra, li s’issa miet, jgħid li kien il-Libjan li daħħalha fil-ħabs u li t-tnejn li huma kienu abbużaw minnha, waqt li r-raġel l-ieħor ikkonferma. Il-Libjan dejjem ċaħad l-akkużi.
Il-Maġistrat emmnet il-verżjoni tal-Libjan hekk kif saħqet li hu diffiċli li seta’ daħħal id-droga fil-ħabs minħabba d-diversi kontrolli li jsiru, u li seta’ jafda mill-ewwel żewġ priġunieri li ma kienx jaf billi jaqsam id-droga magħhom fil-ftit jiem li kellu jagħmel il-ħabs.