Libjan jagħmel xenata fil-Qorti

Raġel Libjan li tressaq il-Qorti dalgħodu għamel xenata sħiħa fl-awla malli infurmawh li l-avukat tiegħu ma setax jattendi s-smigħ.
Quddiem il-Maġistrat, ill-Libja beda jgħajjat ‘Allah u akbar’ filwaqt li akkuża lil Qorti li tifforma parti mill-mafja. Huwa beda jinsisti li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu qed jiġu miksura.
Eventwalment, il-Qorti sabet assistenza legali biex tgħin lir-raġel. Malli t-talba għal libertà proviżorja ġiet miċħuda, il-Libja infexx jgħajjat offiċi lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lil Maġistrat Gabriella Vella. Huwa tenna li l-Maltin qed jgħixu minn fuq il-fondi tal-eks Mexxej Libjan Muammar Gaddafi.