Libjan involut f’argument fil-Ħamrun

Libjan ta’ 33 sena, li huwa residenti f'San Pawl il-Baħar kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.45 ta’ wara nofsinhar f’argument li nqala’ fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun.
Il-Libjan qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ritratt: Media Police