Libjan idaħħal 21 kilo tabakk f’Malta bil-kuntrabandu

Passiġġier Libjan twaqqaf minn uffiċċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lbieraħ, hekk kif ipprova jdaħħal fil-pajjiż 21 kilogramma tabakk tal-pipa tal-ilma, jiġifieri t-tabakk maħsub għat-tipjip f'pipa tal-ilma, bil-kuntrabandu.  
Jidher li l-passiġġier ġab dan it-tabakk mil-Libja, minkejja l-fatt li wasal Malta minn Istanbul.
L-ammont ta’ taxxi dovuti għal dan l-ammont ta’ tabakk huwa €1,526.
Il-każ ġie riferut lill-Pulizija tal-Kriminalità Ekonomika u l-passiġġier mistenni jitressaq il-Qorti iktar tard illum.