Gravi wara li qala’ daqqa ta’ sikkina f’Tas-Sliema

Read in English.

Raġel jinsab f’qagħda gravi wara li ndarab minn raġel ieħor b’daqqa ta’ sikkina f’Tas-Sliema.

L-aggressjoni seħħet il-bieraħ filgħaxija għal ħabta ta’ tmienja u nofs fi Triq ix-Xatt tas-Sliema.

L-aggressjoni seħħet wara argument li nqala’ bejn iż-żewġ irġiel ta’ nazzjonalità barranija. Raġel nifed lill-vittma, raġel ta’ nazzjonalità Libjana b’daqqa ta’ sikkina fejn ħallih mal-art u telaq jiġri minn fuq il-post.