Libjan arrestat fuq traffikar tad-droga

Libjan ta’ 37 sena llum inżamm taħt arrest wara li kien akkużat li ttrafika kilo kannabis.
Ir-raġel, Acrem Ammar Swajjal, li hu minn Tripli u residenti San Pawl il-Baħar kien arrestat il-ġimgħa l-oħra.
Il-Maġistrat Myriam Haymen talbet li x-xhud Abdul Nassir, Libjan ieħor, ma jixhedx fil-każ, minħabba biża’ li jista’ jinkrimina lilu nnifsu.
Il-Maġistrat qalet lil Abdul Nassir biex jikkonsulta avukat qabel ma jixhed għax inkella faċilment jieħu r-riskju li hu nnifsu jiġi akkużat b’possess ta’ droga.