Libjan akkużat li ried jistupra tfajla Żvediża

Libjan ta’ 28 sena tressaq il-Qorti mixli li nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu pprova jistupra tfajla Żvediża fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Huwa kien mixli wkoll li żamm it-tfajla kontra l-volontà tagħha u ħebb għaliha.
Fil-Qorti ntqal li l-Libjan inqabad fil-fatt mill-Pulizija.
Id-Difiża qed issostni li l-mara kienet ilha l-lejl kollu mal-Libjan u li kienet urietu li riedet tkun f’qagħda intima miegħu.
Intqal li meta marru fuq il-bajja, il-mara bidlet id-deċiżjoni tagħha u bdiet tgħajjat għall-għajnuna.
Il-Prosekuzzjoni rrimarkat iżda li meta l-Libjan kien qed jiġi mistħarreġ mill-Pulizija fl-ebda ħin ma qal din il-verżjoni.
Il-Libjan inżamm arrestat wara li l-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja.