Libertà provviżorja għal Mossack u Fonseca fil-Panama

Qorti fil-Panama ilbieraħ ordnat il-ħelsien mill-arrest ta’ żewġ persuni li kienu partners fil-kumpanija Mossack-Fonseca li kienet fil-qalba tal-iskandlu tal-Panama Papers is-sena l-oħra.
L-irġiel huma Jurgen Mossack u Ramon Fonseca Mora. Huma kienu ġew arrestati fi Frar li għadda b’rabta mal-iskandlu tat-tixħim li kien jinvolvi wkoll lill-kumpanija statali taż-żejt tal-Brażil Petrobras.
Fost l-oħrajn ġew akkużati bit-tixħim ta’ flus billi allegatament waqqfu kontijiet bankarji offshore li fihom jidħlu l-flus mit-tixħim.
Il-Qorti tal-Panama ordnat li l-irġiel jingħataw il-libertà provviżorja, iżda dan ma jfissirx li l-każ legali fil-konfront tagħhom se jieqaf hawn.