Libertà proviżorja wara li nqabad bid-droga

Raġel ta’ 54 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li wieġeb mhux ħati li traffika u li kellu d-droga kokaina.
Ir-raġel ġie arrestat fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt meta nstabu fuqu 45 pakkett tad-droga kokaina, kif ukoll diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.
Flimkien ma’ dawn l-akkużi, huwa ġie akkużat li sar riċediv u li wettaq reat waqt sentenza sospiża.
Huwa ġie arrestat fiż-Żebbuġ Għawdex wara li l-Pulizija kenu ilhom isegwuh għal jiem sħaħ.
Hekk kif lemaħ il-Pulizija, ir-raġel prova jarmi d-droga.
Il-Qorti, ippresedutra mill-Maġistrat Paul Coppini tagħtu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €10,000.