Libertà proviżorja għar-raġel li spara fuq missieru

Ingħata l-libertà proviżorja ir-raġel li darab lil missieru waqt argument tal-familja li nqala’ fil-Għargħur it-Tlieta li għadda.
Ir-raġel huwa Steven Azzopardi ta’ 31 sena, li ġie arrestat f’għalqa dakinhar stess li nqala’ l-argument.
Skont ma ħareġ fil-Qorti, jidher li l-missier u ibnu kienu qed jargumentaw bejniethom dwar xi propjetà tal-familja, fejn f’ħin minnhom l-iben allegatament spara tir b’arma tan-nar, li laqat lil missieru fi spalltu.
L-iben qal li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih fosthom dwar attentat ta’ qtil, li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar, u li kkawża ġrieħi lill-persuna oħra.