Libertà proviżorja għar-raġel li qafel lil martu taħt l-art

Ir-raġel li qed jiġi akkużat li qafel lil martu f’kamra taħt l-art għal tlett ijiem f’Rikażli fil-Kalkara, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €50,000.
Din id-deċiżjoni ttieħdet minkejja li l-Prosekuzzjoni ma qablitx fejn insistiet li r-raġel jista’ jaħrab minn Malta faċilment minħabba li m’għandu l-ebda rabta mal-pajjiż.
Għaldaqstant id-difiża argumentat li x-xhieda diġà kienet instemgħet.
Ir-raġel qed jiġi akkużat fost l-oħrajn bl-attentat ta’ qtil u stupru ta’ martu, kif ukoll li korra u żamm persuna kontra r-rieda tagħha.
Il-fotografu ta’ Newsbook.com.mt kien mar fis-sottoterran fejn kienet miżmuma l-mara għal tlett ijiem, fil-kesħa, fl-umdità u f’riħa insapportabbli, bil-ġuħ u bil-għatx.