Libertà proviżorja għall-kaċċaturi tal-protesta f’Jum l-Indipendenza

Disa’ kaċċaturi li ħadu sehem fi protesta mhux awtorizzata f’Jum l-Indipendenza ngħataw il-libertà proviżorja wara li ħallsu depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.
Id-disa’ kaċċaturi, tmienja minnhom żgħażagħ ta’ età minn 19-il sena sa 28 u raġel ta’ 44 sena, wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.
L-akkużi jinkludu fost l-oħrajn, il-kospirazzjoni biex jitwettaq reat, li inċitaw lil ħaddieħor biex jikser il-liġi, li ħadu sehem fi protesta illegali u li kisru l-paċi.
Tnejn minnhom ġew akkużati wkoll li kienu fil-pussess ta’ arma tan-nar finta waqt li wettqu reat li heddew is-sigurtà.
Oriġinarjament il-Qorti kienet żammet lill-kaċċaturi taħt arrest.
Nhar il-21 ta’ Settembru, madwar 200 kaċċatur ħadu sehem fi protesta fil-Belt Valletta wara d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jagħlaq ħesrem l-istaġun tal-kaċċa