Libertà proviżorja għall-gwardjan li ta daqqa ta’ ponn lil turist

Gwardjan tas-sigurtà ingħata l-libertà proviżorja għal sentejn wara li ta daqqa ta’ ponn lil turist li ma riedx iħallas biljett ta’ €1

Ir-raġel irrifjuta li jħallas biex juża l-lift tal-Barrakka fil-Belt Valletta, għaliex sostna li jħallas biżżejjed taxxi hawn Malta.

Fil-Qorti l-Maġistrat qal li t-tabib Ġermaniż Dr Michael Mertsch huwa magħruf li għandu karattru xi ftit diffiċli. Madanakollu qal li dan ma jiġġustifikax il-vjolenza.

Il-gwardjan Mario Antonelli ammetta li kien vjolenti fil-konfront tal-Ġermaniż, speċjalment wara li dan offenda lill-Maltin.

L-avukat tat-tabib ċaħad li uża kliem offensiv.