Libertà proviżorja għal Tancred Tabone u Frank Sammut

L-eks Chairman tal-Enemalta Tancred Tabone, u Frank Sammut wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Tabone u Sammut huma akkużati b’tixħim fuq xiri ta’ żejt. Huma ngħataw il-liberta proviżorja b’garanzija personali ta’ €15,000.

Tancred Tabone ġie akkużat b’tixħim aggravat, liema akkuża tista’ twassal għal 14-il sena ħabs. Huwa ċaħad kategorikament l-akkużi miġjuba kontrih. Frank Sammut ingħata l-liberta’ taħt l-istess kundizzjonijiet.

Dan il-każ instema’ ftit jiem wara li ngħatat proklama lil George Farrugia. Il-qorti ordnat biex iż-żewġ akkużati ma jagħmlux kuntatt ma’ George Farrugia.

Lura għat-8 ta’ Frar li għadda, Tancred Tabone rreżenja minn President tal-Kamra tal-Kummerċ. Tabone kien wieħed mill-uffiċċjali li ssemma’ fi stħarriġ tal-pulizija dwar xiri ta’ żejt mill-EneMalta. Tancred Tabone kien inħatar chairman tal-Enemalta 10 snin ilu.