Libertà proviżorja għal sid ta’ ħanut akkużat b’attentat ta’ qtil

Sid ta’ ħanut tal-laħam mill-Gudja, li qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil tal-Koħħu, ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000.  
Ir-raġel ta’ 31 sena qed jiġi akkużat ukoll li f’April li għadda spara sitt tiri fuq Vince Muscat, il-Koħħu meta kien fil-karozza tiegħu fil-Pietà. Akkużat ukoll li spara f’żona abitata, li għamel ħsara u li kellu fil-pussess tiegħu arma mingħajr liċenzja.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat dwar il-ħelsien mill-arrest, iżda l-avukati sostnew li ma kienx ġust li tiġi miċħuda l-libertà proviżorja, ladarba xehed il-vittma.