Libertà proviżorja għal Oscar Pistorius

L-imħallef Desmond Nair iddeċieda li l-atleta paraolimpiku Oscar Pistorius jingħata l-libertà proviżorja u fuq garanzija personali ta’ €85,000 u li minnhom irid iħallas €8,500 f’kontanti.

L-isprinter qed jiċħad li qatel lill-għarusa tiegħu b’mod volontarju meta sparala tiri. Qed jisħaq li ħaseb li l-mudella Reeva Steenkamp kienet xi ħadd li daħal f’daru b’intenzjonijiet ħżiena.

L-atleta li jrid jidher quddiem it-tribunal fl-4 ta’ Ġunju li ġej, kull filgħodu se jkollu jmur jiffirma l-għassa tal-Pulizija, jagħtihom il-passaport u kull arma li għandu u anke jżomm ‘il bogħod mill-ajruporti.