Libertà proviżorja għal Maximilian Ciantar

Maximilian Ciantar ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
Ciantar ġie arrestat aktar kmieni dan ix-xahar akkużat bi vjolazzjoni ta’ sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan, talli kkawża inċident fil-Ħamrun u talli hedded sewwieqa ta’ karozza.
Fl-argument tiegħu, l-akkużat saħaq li l-inċident kien wieħed żgħir fejn intlaqtu biss il-mirja tal-karozzi.
Fl-aħħar smigħ fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Ciantar saħaq li li kieku ħadet bomba fi knisja u fl-istess ħin jaħbat hu bil-karozza, l-aħbar tiegħu toħroġ qabel. 
Maximilian Ciantar kien fiċ-ċentru tal-aħbarijiet meta kien tajjar tewmin f’Ħ’Attard lura fl-2011.
Huwa nħeles mill-ħabs wara li serva sentenza ta’ 16-il xahar.  
Fi Frar tal-2012, ftit jiem wara li kien inħeles mill-ħabs, huwa ġie mmultat €800 fuq pussess tal-eroina.