Libertà proviżorja għal attività sesswali ma’ minuri

Sirjan ta’ 21 sena, residenti f’Ħal Qormi, ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €6,000, wara li wieġeb li mhux ħati li ħa sehem f’atti sesswali ma’ tliet tfajliet taħt l-età.
Tfajla minnhom kellha 13-il sena u t-tnejn l-oħra 15-il sena, waħda minnhom hi omm.
Waħda miż-żewġ tfajliet ta’ 15-il sena kellha relazzjoni ta’ xhur maż-żagħżugħ.
Iż-żagħżugħ ingħata l-ordni li ma joħroġx bejn l-10pm u s-6am u jirrapporta fl-għassa ta’ Ħal Qormi darbtejn fil-ġimgħa.