​Libertà kondizzjonata għaż-żagħżugħ li kellu x’jaqsam ma’ tifla taħt l-età

Żagħżugħ ta’ 21 sena ngħata libertà kondizzjonata wara li ġie akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tifla li kienet taħt l-età tal-kunsens sesswali.
Fil-Qorti nstema' kif iż-żagħżugħ Sirjan ltaqa’ mat-tifla Ġermaniża ġewwa klabb f’Paceville. Minħabba l-età tagħha, it-tifla lanqas biss suppost kienet hemm.
Id-difiża u l-prosekuzzjoni qablu li ż-żagħżugħ seta’ ġie mqarraq mill-istatura tat-tifla għax kienet tidher li kienet akbar.
Is-Sirjan inħeles mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-Ġermaniża sa massimu ta’ tliet snin.