Jingħata libertà wara li kellu x’jaqsam ma’ tfajla ta’ 16-il sena

Taljan ta’ 20 sena ngħata libertà kkundizzjonata għal tliet snin wara li ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 16-il sena.
Cristian Marchisciana minn Gela ammetta li kellu x’jaqsam mat-tfajla lejliet l-Ewwel tas-Sena f’lukanda f’Paceville.
Hu kien arrestat wara li omm it-tfajla ressqet rapport li bintha kienet stuprata.
Minkejja dan, l-investigazzjonijiet tal-pulizija kif ukoll ix-xhieda tat-tfajla, urew li l-att kien konsenswali.
Sadanittant, żewġ żgħażagħ oħra Taljani li jaqsmu kamra ma’ Marchisciana ttellgħu l-Qorti fuq pussess ta’ kannabis.
Giuseppe Castarelli ta’ 21 sena u Orazio Cascino ta’ 22 sena ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Qorti tat libertà kkundizzjonata għal sentejn liż-żewġ żgħażagħ.