“Liberat” ta’ L-Għarusa bi programmi ġodda mill-ħarifa fuq it-TV

Gabriella Parsons - Storja teatru

Għall-iskeda l-ġdida li tibda mill-ħarifa fuq TVM, Gabriella Parsons, li narawha bħala Liberat fis-sensiela L-Għarusa se tkun qed tagħmilha ta’ producer u preżentatriċi ta’ tliet programmi ġodda.

StorjaTeatru jippreżenta l-istili teatrali differenti li kienu popolari matul iż-żminijiet b’enfasi speċjali fuq produzzjonijiet li ttellgħu fit-teatri Maltin. StorjaTeatru se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-6:30 ta’ filgħaxija mid-29 ta’ Settembru ‘l quddiem.

Gabriella Parsons – Tgħid X’Inhu

Tgħid x’inhu? jippreżenta diversi oġġetti misterjużi u interessanti misjuba f’diversi mużewijiet u postijiet ta’ interess bl-għan li jiskopri l-istorja tagħhom kif ukoll xi fatti kurjużi dwarhom. Tgħid x’inhu? se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-6:45 ta’ filgħaxija mid-29 ta’ Settembru ‘l quddiem.

Gabriella Parsons – Il-Barokk

Il-Barokk, programm storiku li jittratta l-perjodu Barokk u l-influwenzi tiegħu fuq l-arti, l-arkitettura, it-teatru, il-letteratura, l-ekonomija u l-politika b’enfasi partikolari fuq Malta u n-nies tagħha. Il-Barokk se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-6:30 ta’ filgħaxija minn Jannar 2021 ‘il quddiem.