Libell lill-Ministru Fenech u l-editur ta’ gazzetta tal-PN

Id-diretturi tal-kumpanija Intershore, Joe Cordina, Charles Scerri u Martin Fenech, ressqu kawża ta’ libell konta l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, wara li fuq programm televiżiv kien allegat li l-kumpanija irċeviet kumissjonijiet għax-xiri taż-żejt.

L-amministratur finanzjarju tal-Partit Laburista, Joe Cordina, ressaq ukoll libell kontra l-editur tal-gazzetta In-Nazzjon, talli dan kiteb li Cordina kien fiċ-ċentru ta’ dan l-istess skandlu.