Liam Debono jieħu żball fid-data; ma jilħaqx iqabbad avukat

Liam Debono, żagħżugħ akkużat li pprova jtajjar lis-Surġent Simon Schembri waqt li dan kien fuq xogħlu, qal fil-qorti li ma laħaqx qabbad avukat għax mingħalih li l-kawża kienet fis-27 t’Awwissu, u ġie infurmat ilbieraħ filgħaxija li hija llum.

Għalhekk, illum ġie rappreżentat mill-avukat tal-għajnuna legali Joe Bonnici. Dan wara li ma baqgħux jirrappreżentaw liż-żagħżugħ l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia. Fl-aħħar seduta, meta wkoll ġie rappreżentat minn Bonnici, Debono qal li se jqabbad avukat hu stess għax ma jixtieqx li jkun rappreżentat mill-għajnuna legali. Il-Maġistrat Joe Mifsud illum qallu biex sas-seduta li jmiss, jilħaq jagħmel kuntatt ma’ avukat.

Fis-27 ta’ Ġunju ngħalqu l-provi fil-konfront ta’ Debono talli s-sena li għaddiet, tajjar lis-Surġent Simon Schembri meta dan kien qed jagħmel xogħlu u pprova jwaqqfu. L-Avukat Ġenerali għandu joħroġ att ta’ akkuża. Dan l-inċident lil Schembri swielu driegħu, għalkemm issa għandu driegħ prostetiku u reġa’ beda jsuq.

Aqra: Jingħalqu l-provi kontra Liam Debono talli tajjar lil Simon Schembri

Aqra: Filmat: Simon Schembri lura fuq mutur sena wara l-inċident

Aqra: Sena minn meta Simon Schembri tkaxkar minn karozza fuq xogħlu

Aqra: Iż-żagħżugħ li kaxkar lil Simon Schembri jinħeles mill-arrest

Aqra: 5 snin ħabs għal Liam Debono għall-każ separat ta’ sewqan bla liċenzja

Il-kawża ġiet diferita għas-16 t’Ottubru f’12pm.