Filmat: “Li tkun hieni jfisser li tkun sinjur” – Clive

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur, awtur u direttur Clive Piscopo.

Il-qari tal-ġurnata

Henjin il-foqra fl-ispirtu,għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.

Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.

Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja,

għax huma jkunu mxebbgħin.

Henjin dawk li jħennu,għax huma jsibu ħniena.

Henjin dawk li huma safja f’qalbhom,għax huma jaraw ’l Alla.

Henjin dawk li jġibu l-paċi,għax huma jissejħu wlied Alla.

Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa,

għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom

u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.