‘Li tkun favur l-Ewropa ma tfissirx li tkun kontra l-interess nazzjonali’ – Muscat

Credit: Reuben Piscopo

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ipparteċipa fis-Summit Informali dwar il-Futur tal-Ewropa f’Sibiu, fir-Rumanija. F’kummenti fi tmiem is-summit, il-Prim Ministru qal li minkejja d-daqs ta’ Malta, dejjem kien hemm ħidma biex jiġi mħares l-interess nazzjonali.

F’Sibiu, il-mexxejja ta’ gvernijiet u stati Ewropej iltaqgħu biex iġeddu l-impenn tagħhom biex l-Ewropa taħdem favur iċ-ċittadini.

Filmat: L-elezzjonijiet it-tema ta’ Jum l-Ewropa din is-sena

Is-summit li sar f’Jum l-Ewropa iddiskuta x’direzzjoni se tieħu l-politika tal-Unjoni Ewropea fil-ħames snin li ġejjin, minn wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sas-sena 2024.

Credit: Reuben Piscopo

Il-Prim Ministru saħaq li dak li jgħaqqad lill-pajjiżi Ewropej għandu jiġi protett, filwaqt li saħaq li s-sens Ewropeista ma għandux jinħass li huwa kontra li wieħed iħares l-interess nazzjonali tiegħu.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-kontribut tal-ideat li Malta ressqet fl-Unjoni Ewropea li ddeskrivihom bħala pożittivi.

Waqt li kien ir-Rumanija, Muscat żar investiment mill-kumpanija Maltija Alf Mizzi & Sons li sar f’Sibiu.