Li terfa’ s-salib tfisser li tieħu l-passi biex l-abbuż jispiċċa – L-Isqof Awżiljarju

Read in English.

X'jiġifieri terfa' s-salib?

“Li terfa’ s-salib huwa fl-aħħar mill-aħħar li tbati għal dak li hu sewwa … Pereżempju, jekk inti vittma ta’ vjolenza domestika, li terfa’ s-salib ma jfissirx li tibqa’ hemmhekk tissawwat, vittma tal-abbuż. Li terfa’ s-salib ifisser li tieħu l-passi neċessarji biex l-abbuż jispiċċa, biex int ma tibqax f’dik is-sitwazzjoni” – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Posted by Archdiocese of Malta on Friday, August 7, 2020

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qal li meta wieħed ikun jed jerfa’ s-salib f’sitwazzjoni ta’ abbuż ifisser li l-vittma tieħu l-passi neċessarji biex l-abbuż jispiċċa.

Mons. Galea Curmi qal dan fl-omelija tiegħu dalgħodu fejn tkellem dwar x’jiġifieri li wieħed jerfa’ s-salib.

L-Isqof qal li meta wieħed jagħmel dan ikun lest biex ibati għal dak li hu sewwa. Dwar il-vittmi tal-vjolenza domestika hu qal li dawn m’għandhomx jibqgħu jissawwtu. Ħeġġeġ lin-nies jitolbu lil Mulej biex hu jagħti d-dawl u l-għajnuna biex dak li jkun jiċċaħħad mill-affarijiet skont il-bżonn u biex isiru s-sagrifiċċji neċessarji. Ħeġġeġ ukol lin-nies jerfgħu s-salib u jimxu wara Ġesù b’fedeltà sħiħa u imħabba kbira.