Li taħfer ifisser li tkun tapit?

Meta taħfer tista’ tidher dgħajjef, jew li qisek qed tħalli lil dawk li weġġgħuk jiżgiċċaw mill-ħtija u diffikultà. Il-maħfra fit-tradizzjoni Kristjana hija proċess aktar milli ġrajja, u hija msejsa f’xogħol iebes li tiffaċċja l-passat. Meta persuna taħdem fuq il-proċess biex tipprova taħfer lil ħaddieħor jew lilha nnifisha, tkun qed tieħu nifs qawwi l-ġewwa u tħares lura lejn il-passat li taf fiċ-ċert li ma jistax jinbidel. Din mhix dgħufija imma saħħa. 
Il-maħfra hija żejt fir-roti tal-ħbiberija
Il-kittieb Martin Wroe jgħid li l-maħfra hija misterjuża daqs l-imħabba u l-kompassjoni. Mhix xi ħaġa sfurzata, jew ta’ bilfors, imma tista’ tkun xi ħaġa li meta taħseb dwarha, speċjalment fejn tidħol ħbiberija, ixxebbaħha maż-żejt meta ċ-ċappetti tal-ħbiberija jkunu ssaddu waħda sew. Bħaż-żejt, Wroe jgħid, il-maħfra taf iżżomm il-bieb milli jissakkar kompletament. Ikompli billi jikkwota lill-poeta David White, ‘Kull ħbiberija hija bbażata fuq ‎maħfra kontinwa u reċiproka’.
Jekk trid relazzjonijiet tajbin, kompli aħfer
Ħafna drabi  l-aktar li nsibuha diffiċli jkun li naħfru lil nies li l-aktar inqattgħu ħin magħhom jgħid Chetna Kang, psikjatra u qassis Indu. Iżda l-affarijiet iż-żgħar li l-aktar iddejquna  jafu jsiru kbar u ‎jaħbu riżentimentli kapaċi jeqred kull relazzjoni personali u professjonali. Chetna jgħid ‘meta ma taħfirx hu bħalikieku timxi b’faħma taqbad f’idejk waqt li tistenna l-mument opportun biex tixħitha lejn l-għadu  tiegħek. Dak il-mument jista’ jiġi  jew ma  jiġi qatt, imma ħares lejn il-ħsara kollha li għamilt lil idejk, sadanittant.
Illum hija ġurnata tajba biex taħfer
L-għalliem Buddist Vishvapani jgħid li wieħed jeħtieġ jieħu ħsieb tal-azzjonijiet tiegħu u tal-konsegwenzi li dawn iġibu magħhom. Trid tiftakar f’dak kollu li hu verament importanti u dan jirrikjedi sforz qawwi. Nafu li ż-żmien huwa qasir allura prezzjuż. Bħal reliġjonijiet kristjani, fosthom ir-reliġjon Kattolika, il-maħfra mhix marbuta ma’ xi żmien partikolari imma tista’ u għandek tagħmilha dejjem, spiss, u bil-qalb. 
Aħfer lilek innifsek
Il-Life Coach Lucy Winkett taħseb li l-abbilta li naħfru lil oħrajn għandha ħafna x’taqsam ma li nitgħallmu naħfru lilna infusna, għal affarijiet li ġraw fil-passat. Tgħid  li l-avvenimenti tal-jumli tkun fih, bħal kull jum ieħor, iġibu magħhom opportunitajiet biex neżerċitaw il-kuraġġ tagħna, u jippreżentawlna deċiżjonijiet biex naħfru jew le, kif ngħazlu aħna. Għax il-verita’ hi li is-saħħa li jeħtieġ biex taħfer lil oħrajn  hija imħawla fir-rieda li naħfru lilna infusna.