“Li nkun miżżewweġ lil Sarah hija l-aqwa ħaġa f’ħajti” – Ludwig

Kien bħal-lum sitt snin, nhar is-7 ta’ Ġunju tal-2014, li l-kantant Ludwig Galea iżżewweġ lill-maħbuba toegħu Sarah Aquilina. Illum huma għandhom ukoll żewġt ulied, Kristina u Benjamin.

Meta tkellimna ma’ Ludwig qalilna li dan l-anniversarju huwa differenti minn kif kien pjanat għax suppost illum kellhom ikunu Hampton Court Palace biex jaraw wirja ta’ Tom Jones, il-kantant favorit ta’ Sarah. Però minħabba s-sitwazzjoni preżenti kellhom ibiddlu l-pjan tagħhom.

Kurżità interessanti li huma żżewġu f’dan il-jum, is-7 ta’ Ġunju, għax ukoll jaħbat jum għeluq snin Tom Jones!

“Sarah hija ffissata fuq Tom Jones,” qalilna Ludwig Galea

“Li nkun miżżewweġ lil Sarah hija l-aqwa ħaġa f’ħajti,” kiteb dalgħodu Ludwig hekk kif kompla jżid li jħobb lil martu b’qalbu kollha u ddeskriva lil martu bħaa l-aqwa ħabiba li huwa għandu.

“Nispera li l-imħabba u l-konnessjoni tagħna jkomplu jikbru bħalma ġara f’dawn l-aħħar 6 Snin flimkien,” temm Ludwig fil-kitba tiegħu.

Awguri Ludwig u Sarah!