“Li nkun miegħek iġagħlni nħossni kompluta” – Charis lil Clayton

Clayton Comba Zammit

L-attur Clayton Ċomba Zammit, magħruf għall-parti ta’ Frankie fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, illum qed jiċċelebra għeluq is-36 sena tiegħu. Twieled bħal-lum is-6 ta’ Jannar tal-1985.

Għal għeluq sninu l-attur irċieva bosta messaġġi fosthom mingħand l-għarusa tiegħu Charis Busuttil li qaltlu li hemm xi affarijiet fil-ħajja li ma tistax tispjegahom fi kliem … “Bħal kif inħares lejk iġġiegħelni nidħak mingħajr raġuni, bħal malli nisma’ leħnek tqabbadni l-friefet fl-istonku u bħal kif meta nkun miegħek inħossni kompluta minn ġewwa.”

Charis-Busuttil

Għal għeluq sninu, l-attur qiegħed jappella lis-segwaċi tiegħu biex jagħtu donazzjoni lil Puttinu. Min hu interessat jista’ jagħmel dan permezz ta’ dan il-link.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Clayton f’għeluq sninu.